Religion

Unit 1: Ahna l-familja t’Alla

Liema hi l-aktar haga sabiha li ghandna fil-parrocca taghna?

1.Li ahna maghqudin flimkien bhala l-familja ta’ Alla.

2. Meta nidhru aktar mis-soltu li ahna l-familja ta’ Alla?

Meta niehdu sehem fil-quddiesa.

Unit2: Ahna nsara Maltin

3. Kemm ilha f’Malta l-Knisja ta’ Gesu’?

Il-Knisja ta’ Gesu’ ilha f’Malta ghal hafna u hafna snin.

4. X’inhuma l-katakombi nsara li ghandna Malta?

Huma bhal kmamar imhaffrin taht l-art fejn l-insara Maltin tal-antik kienu jidfnu l-mejtin u jiltaqghu biex jitolbu.

Unit 3: Ahna wlied San Pawl

5. Ghaliex ghalina l-Maltin San Pawl insejhulu missierna?

Hu l-ewwel wiehed li gabarna fil-Knisja ta’ Gesu’ u ghamilna wlied Alla.

6. F’liema ktieb tal-Bibbja nsibu l-grajja ta’ meta San Pawl gie Malta?

Fl-Atti tal-Appostli.

7. Lil min halla warajh San Pawl bhala l-ewwel isqof ta’ Malta?

Lil San Publiju.

Unit 4: Il-familja ta’ Alla ghamilha Gesu’

8. Min ghamilha l-Knisja li qeghdin fiha ahna?

Ghamilha Gesu’.

9. Ahna meta dhalna fil-Knisja ta’ Gesu’?

Meta hadna l-maghmudija.

Unit 5: L-isqof imexxi l-familja ta’ Alla f’pajjizna

10. Gesu’ lil min ghazel biex imexxu l-Knisja tieghu?

Ghazel l-Appostli.

11. Min huma dawk li llum qeghdin ikomplu x-xoghol tal-Appostli?

Dawk li qeghdin ikomplu dan ix-xoghol huma l-isqfijiet.

12. Kif ghandha tkun l-imgieba taghna lejn l-isqof taghna?

Nhobbuh u nobduh bhala dak li qieghed imexxina f’isem Gesu’.

Ritratti: Pawlu Cremona l-arcisqof ta’ Malta u Mario Grech isqof ta’ Ghawdex

Unit 6: Il-Papa jmessi l-Familja ta’ Alla fid-dinja 

13. Gesu’ lil min ghazel bhala Mexxej tal-Knisja kollha?

Bhala Mexxej tal-Knisja kollha, Gesu’ ghazel lil San Pietru.

14. Illum min qieghed ikompli x-xoghol ta’ San Pietru bhala Mexxej tal-Knisja kollha?

Dan ix-xoghol qieghed jaghmlu l-Papa.

Ritratti: L-ahhar tliet Papiet: Il-Papa ta’ llum Frangisku, taht il-Papa Emeritu Benedittu Sittax, u taht il-Papa ta’ qabel il-Beatu Gwanni Pawlu t-Tieni.

Il nuovo Papa Jorge Mario Bergoglio con il nome di Francesco I

Unit 7: L-Ispirtu s-Santu fil-Familja ta’ Alla

15. Lill-Knisja x’jaghtiha l-Ispirtu s-Santu?

Lill-Knisja l-Ispirtu s-Santu jaghtiha l-hajja.

16. X’insejhulha l-festa ta’ meta twieldet il-Knisja?

Il-festa ta’ meta twieldet il-Knisja nsejhulha Ghid il-Hamsin.

17. L-ispirtu s-Santu kemm se jdum jiehu hsieb il-Knisja?

L-Ispirtu s-Santu se jdum jiehu hsieb il-Knisja sal-ahhar tad-dinja.

Unit 8: Il-familja ta’ Alla tobdi l-ewwel lil Alla

18. X’wiegbu l-Appostli lill-kapijiet tal-Lhudli ma riduhomx jghallmu fuq Gesu?

Wegbuhom: “Jehtieg li nobdu aktar ‘l Alla milli lill-Bnedmin

19. Min kien l-ewwel martri tal-Knisja?

San Stiefnu.

Unit 9: Il-Familja ta’ Alla tikber fid-dinja kollha

20. X’jaghmlu l-Appostli wara li nizel fuqhom l-Ispirtu s-Santu?

Xterdu mad-dinja biex iwasslu t-taghlim ta’ Gesu’ u jwaqqfu l-Knisja tieghu.

21. Liema Appostlu gera l-aktar mad-dinja biex iwaqqaf il-Knisja tieghu?

San Pawl.

Ritratt: Mappa fejn jidhru l-vjaggi kollha li ghamel San Pawl.

Unit 10: Il-familja ta’ Alla thobb lill-foqra

22. X’kienu jaghmlu l-insara tal-bidu biex jghinu lill-foqra?

Kienu jaqsmu bejniethom il-flus u l-affarijiet li kellhom.

23. X’ghamlet il-Knisja biex tkompli tiehu hsieb il-foqra?

Bniet hafna Djar biex tiehu hsieb il-morda, ix-xjuh, l-orfni u dawk it-tfal li ma kellhomx min jghallimhom.

Ritratt: Id-Dar tal-Providenza (Siggiewi) mibnija minn Mons. Azzoppardi ghall-persuni b’dizabilita’.

Unit 11: Id-dar tal-familja ta’ Alla

24. Kif insejhulha l-knisja li fiha niltaqghu?

Insejhulha d-Dar ta’ Alla u d-dar taghna bhala l-familja ta’Alla.

25. Mill-affarijiet li naraw fil-knisja liema hi l-aktar haga importanti?

L-altar, ghax madwaru niehdu sehem fil-quddies bhala l-familja ta’ Alla.

26. Kif ghandna ngibu ruhna fil-knisja?

Ghandna ngibu ruhna sewwa, kif jixraq lid-dar ta’ Alla.

Unit 12: Il-familja ta’ Alla fid-dar

27. Liema hi l-aktar haga sabiha li ghandna fil-familja taghna?

Li nkunu maghqudin flimkien billi nhobbu lil xulxin.

28. X’inkunu naghmlu meta ahna nkunu maghqudin flimkien?

Inkunu qeghdin ingibu lil Gesu’ fil-familja taghna.

29. Liema kmandament inkunu qeghdin nobdu meta ngibu ruhna tajjeb fil-familja taghna?

Ir-raba’ kmandament li jghidilna: Aghti gieh lil missierek u ‘l ommok. 

Unit 13: Il-familja ta’ Alla fl-iskola

30. Ghaliex l-iskola hija importanti?

Hi importanti ghax nitghallmu nuzaw tajjeb u nikbru f’dawk l-affarijiet sbieh li tana Alla.

31. Fl-iskola kif ghandna ngibu ruhna?

Bhala l-familja ta’ Alla. Ghandna nhobbu u nobdu lill-ghalliema u nhobbu u nghinu lil shabna.

Unit 14: Il-familja ta’ Alla waqt il-loghob

32. Ghaliex Gesu’ jiehu pjacir jarana nilaghbu?

Ghax waqt il-loghob nistriehu u nhossuna aktar maghqudin ma’ shabna.

33. Kif ghandna ngibu ruhna waqt il-loghob?

Ghandna nfittxu li niehdu pjacir flimkien ma’ shabna bla ma nisirqu u bla ma ndejqu lil hadd. 


Unit 15: Il-familja ta’ Alla fil-belt jew rahal taghna

34. Fil-belt jew rahal taghna, ix-xoghol ta’ kulhadd huwa importanti?

Iva, ix-xoghol kollu hu importanti.

35. X’ghandna naghmlu fil-belt jew rahal taghna biex inkunu l-familja ta’ Alla?

Irridu nirrispettaw ix-xoghol tal-ohrajn u nifttxu nigu ruhna bl-edukazzjoni ma’ kulhadd. 

Unit 16: Il-familja ta’ Alla fid-dinja kollha

36. Gesu’ lil min jixtieq li jidhol fil-familja ta’ Alla?

Lin-nies tad-dinja kollha.

37. X’ghandna naghmlu ahna biex il-bnedmin kollha jsiru l-familja ta’ Alla?

Ghandna nhobbu lin-nies tal-pajjizi kollha u nitolbu ghalihom. 

Unit 17: Fil-familja ta’ Alla nahsbu f’xulxin

38. Liema hu l-akbar kmandament taghna l-insara?

Li nhobbu ‘l Alla b’qalbna kollha u nhobbu lil haddiehor bhalna nfusna.

39. Kif inhobbu lil haddiehor bhalna nfusna?

Billi naghmlu lill haddiehor dak li rridu li haddiehor jaghmel lilna.

40. Liema hu l-akbar ezempju li tana Gesu’ biex jurina kif ghandna nhobbu lil xulxin?

L-akbar ezempju hu meta miet ghalina fuq is-salib.

Unit 18: Fil-familja ta’ Alla nghidu l-verita

41. Ghaliex huwa importanti li nghidu l-verita’?

Hu importanti ghax jekk nigdbu, naghmlu hsara il xulxin u ma nibdewx nemmnu wiehed lill-iehor.

42. Ghaliex m’ghandniex nibzghu nghidu l-verita?

M’ghandniex nibzghu ghax Gesu’ qieghed magna biex jghinna nkunu sincieri bhali.

Unit 19: Fil-familja ta’ Alla nitolbu mahfa

43. X’ghandna naghmlu meta nonqsu lil xi  hadd?

Ghandna nuruh li jiddispjacina u nitolbuh skuza.

44. Fil-qrar ahna nitolbu mahfa lil Gesu biss?

Mhux biss lil Gesu imma wkoll lil dawk li nkunu nqasnihom

45. X’ghandna naghmlu lil min jaghmlilna d-deni?

Ghandna nkunu lesti li nahfrulu bhalma Gesu jahfer lilna.

Unit 20: Nifirhu bir-raghaj it-tajjeb

46. Ghaliex insejhu lil Gesu’ r-raghaj it-tajjeb?

Insejhulu hekk ghax hu ta hajtu ghalina.

47. Ghalfejn Gesu’ twieled u gie fid-dinja?

Biex jghaqqadna ma’ Alla u bejnietna bhala familja wahda.

Unit 21: Il-jum tal-familja ta’ Alla

48. Ghaliex, ghalina l-insara, il-Hadd huwa jum ta’ festa?

Huwa l-jum li fih Gesu’ qam mill-mewt u l-jum li fih l-Ispirtu s-Santu ta l-hajja lill-Knisja.

49. X’inhi l-aktar haga importanti li naghmlu nhar ta’ Hadd?

Li niehdu sehem bhala l-familja ta’ Alla fil-quddiesa.

50. Liema kmandament inkunu qeghdin nobdu meta nhar ta’ Hadd immorru l-quddies?

It-tielet kmandament li jghidilna: “Hares il-Hdud u l-Festi Kmandati.”

Unit 22: Fil-familja ta’ Alla nitolbu flimkien

51. Meta nitolbu x’inkunu qeghdin naghmlu?

Inkunu qed nitkellmu ma’ Alla li jhobbna u jiehu hsiebna bhala wliedu.

52. Ghaliex it-talb jghaqqadna flimkien?

It-talb jigborna lkoll madwar Missierna tas-sema.

3 responses to “Religion

  1. It was very interesting reading this information. Thankyou

  2. nicesssssssssssssssssssssssssssss

  3. nice ms cremona

Leave a comment